01 May 2017

L-Għanja tal-Imħabba mhux Maħbuba: Seminar (12-14 ta' Mejju)

F'għeluq l-450 sena mit-twelid ta' Santa Marija Maddalena de' Pazzi, mistika Karmelitana u għalliema tal-ħajja spiritwali, l-Istitut Karmelitan se joffri seminar dwar l-esperjenza u d-duttrina ta' din il-qaddisa li l-Papa Benedittu XVI fl-2007 sejħilha "Għalliema tal-Ħajja Spiritwali għal kulħadd u l-aktar għas-saċerdoti li għalihom offriet ħajjitha."

F'dan is-seminar immexxi minn P. Charlò Camilleri, Karmelitan nagħtu ħarsa lejn il-ħajja, l-esperjenza u d-duttrina ta' din il-qaddisa minn bosta laqtiet u xejriet li jsawwru l-personalità tagħha. Ikollna wkoll l-opportunità li nħarsu lejn il-kitbiet mistiċi li ħalliet.


PROGRAMM

Il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju: Ħajja, Kuntest, Duttrina

07.00pm L-Ewwel Sessjoni
07.45pm Pawsa
08.00pm It-Tieni Sessjoni
08.45pm Pawsa
09.00pm Talba tal-Għasar
09.20pm Għeluq


Is-Sibt 13 ta’ Mejju: Temi tal-Ispiritwalità u l-Kitbiet  - 1
09.30am L-Ewwel Sessjoni
09.45am Pawsa
10.00am It-Tieni Sessjoni: Qari fil-Kwiet ta’ Testi magħżula
10.45am It-Tielet Sessjoni: Diskussjoni fil-grupp
11.30am Pawsa
11.45am Quddiesa
12.30pm Ikel ta’ Nofsinhar
02.30pm Ir-Raba’ Sessjoni
03.15pm Pawsa
03.30pm Il-Ħames Sessjoni
04.15pm Adorazzjoni fis-skiet b’għajnuna ta’ testi

Il-Ħadd 14 ta’ Mejju: Temi tal-Ispiritwalità u l-Kitbiet  - 2
08.30am Quddiesa
09.30am Is-Sitt Sessjoni
10.15am Pawsa
10.30am Qari fis-skiet
11.00am Pawsa
11.15am It-Tminn Sessjoni: Diskussjoni fil-grupp
12.00pm Tmiem

*Imexxi s-Seminar P. Charlò Camilleri, O.Carm.
*Is-Seminar hu bla ħlas. Madanakollu napprezzaw donazzjoni biex inkopru l-ispejjeż, speċjalment tan-noti li jitqassmu.
*Waqt is-seminar ikun hemm il-pawsiet għall-kafè u gallettini. Għall-ikel ta’ nofsinhar kulħadd jaħseb għalih. Fl-inħawi wkoll hawn diversi stabbilimenti fejn wieħed jista’ jitrejjaq.
*Il-programm dettaljat bit-temi tas-sessjonijiet jingħataw il-Ġimgħa 12 ta’ Mejju lil min ikun qed jieħu sehem.
*Min se jieħu sehem javża minn qabel.

28 January 2017

SEMINAR F'GĦELUQ IL-100 SENA MIL-MEWT TAL-B. CHARLES TA' ĠESÙ (DE FOUCAULD)

Fl-Okkażjoni tal-100 sena mill-Mewt tal-Beatu Charles de Foucauld, il-Carmelite Institute Malta qed jorganizza seminar bejn l-24 u s-26 ta' Frar. Is-Seminar huwa parti mill-kurrikulu tas-Sena Akkademika 2016 - 2017 fl-Istitut Karmelitan u huwa miftuħ għal kulħadd.

Għal daktar dettalji, min hu nteressat jikkuntattjana permezz tal-email jew telefon. Il-Programm dettaljat tas-Seminar jintbagħat lil dawk li japplikaw għalih.

Is-Seminar, li se jkun jinkludi wkoll mumenti ta' talb, jitmexxa mis-Sur Michael Mercieca, TOK. Is-Sur Mercieca huwa ggradwat fit-Teoloġija Spiritwali (speċjalizzazzjoni Karmelitana) u kiteb it-teżi tiegħu fuq L-Abbandun f'Alla fl-Ispiritwalità ta' Charles de' Foucauld u Tereża tal-Bambin Ġesù.


CHARLES DE FOUCAULD
SEMINAR 
Programm
Il-Ġimgħa 24 ta’ Frar: Sessjonijiet introduttorji
07.00pm L-Ewwel Sessjoni
07.45pm Pawsa
08.00pm It-Tieni Sessjoni
08.45pm Pawsa
09.00pm Adorazzjoni fis-skiet b’għajnuna ta’ testi
09.20pm Għeluq
Is-Sibt 25 ta’ Frar: Temi tal-Ispiritwalità u l-Kitbiet ta’ Charles de Foucauld - 1
09.30am L-Ewwel Sessjoni
09.45am Pawsa
10.00am It-Tieni Sessjoni: Qari fil-Kwiet ta’ Testi magħżula
10.45am It-Tielet Sessjoni: Diskussjoni fil-grupp
11.30am Pawsa
11.45am Quddiesa
12.30pm Ikel ta’ Nofsinhar
02.30pm Ir-Raba’ Sessjoni
03.15pm Pawsa
03.30pm Il-Ħames Sessjoni
04.15pm Adorazzjoni fis-skiet b’għajnuna ta’ testi

Il-Ħadd 26 ta’ Frar: Temi tal-Ispiritwalità u l-Kitbiet ta’ Charles de Foucauld - 2

08.30am Quddiesa
09.30am Is-Sitt Sessjoni
10.15am Pawsa
10.30am Is-Seba’ Sessjoni
11.15am Qari fis-skiet
11.45am It-Tminn Sessjoni: Diskussjoni fil-grupp
12.30pm Adorazzjoni fis-Skiet
01.00pm Tmiem
*Imexxi s-Seminar is-Sur Michael Mercieca, TOK.
*Is-Seminar hu bla ħlas. Madanakollu napprezzaw donazzjoni biex inkopru l-ispejjeż.
*Importanti li min jieħu sehem joqgħod ukoll għall-adorazzjoni fis-skiet quddiem l-Ewkaristija. Dawn il-mumenti ta’ talb jgħinuna wkoll nixorbu mill-ispirtu tal-Beatu Charles de’ Foucauld f’dan il-mod tiegħu ta’ talb għal qalbu.
*Waqt is-seminar ikun hemm il-pawsiet għall-kafè u gallettini. Għall-ikel ta’ nofsinhar kulħadd jaħseb għalih. Hemm il-possibilità tal-ikel fir-restaurant tal-kunvent Al Convento. Fl-inħawi wkoll hawn diversi stabbilimenti fejn wieħed jista’ jitrejjaq.
*Il-programm dettaljat bit-temi tas-sessjonijiet jingħataw il-Ġimgħa 24 ta’ Frar lil min ikun qed jieħu sehem.
*Min se jieħu sehem tajjeb li javża minn qabel.

09 October 2016

Seminar dwar l-esperjenza u d-duttrina mistika ta' Elisabetta tat-Trinità



Eliżabetta Catez twieldet fil-kamp militari ta’ Avord, Franza fit-18 ta’ Lulju 1880.  Kellha karattru sensibli ħafna, trid tgħaddi tagħha u tfur malajr. Meta kellha 7 snin għamlet l-ewwel qrara u għamlet f’moħħha li tiġġieled bis-sħiħ il-karattru tagħha. Hija ssejjaħ dan il-jum ‘il-ġurnata tal-konverżjoni tiegħi’. Din il-ġlieda damet sakemm kellha 19 il-sena. Meta għamlet l-ewwel tqarbina marret ma ommha fil-Karmelu ta’ Dijon fejn is-superjura qaltilha ’Binti hemm misteru kbir moħbi wara ismek… inti jismek Dar ta' Alla. Hemm qegħdin jgħammru t-Tlieta li inti tħobb.’ Minn dak il-jum Sabeth ħasset li Ġesu’ qed isejħilha għall-ħajja dedikata lilu fil-karmelu. Wara ħafna oppożizzjoni minn ommha hija daħlet fil-Karmelu ta’ 21 sena.  Is-sejħa tagħha fil-knisja kienet taraha bħala ‘avvent ieħor’ li jħejji l-Inkarnazzjoni tal-Verb fil-bnedmin. Eliżabetta kienet tgħix dejjem maqgħuda mat-Trinita' li tgħammar fiha u għallmet lil bosta jsibu l-Ġenna tagħhom fuq l-art. Mietet nhar id-9 ta’ Novembru 1906 u ġiet iddikjarata Beata mill-Papa Ġwanni Pawlu II fil-25 ta’ Novembru 1984, u qaddisa nhar is-16 ta’ Ottubru 2016 mill-Papa Franġisku.

Il-Carmelite Institute Malta se jimmarka l-kanoniżżazjoni ta’ din il-qaddisa Karmelitana b’seminar mill-4 sas-6 ta’ Novembru 2016 fil-Karmnu tal-Mdina.

Is-seminar jitmexxa minn P. Juan Debono O.C.D. u minn P. Alexander Vella, O.Carm.

Biex tieħu sehem f’dan is-seminar, li huwa offrut b’xejn, jeħtieġ li tapplika fuq l-indirizzi email imniżżla iktar l-isfel.

Min irid jista’ jħalli donazzjoni sabiex jgħinna nkopru l-ispejjeż.

Applikazzjoni fuq:



10 June 2016

Masters programme in Spiritual Theology

For the fourth consecutive time Carmelite Institute Malta will be Partner with the Faculty of Theology in the Programme of studies offering the MA Spirituality Course. The Carmelite Institute Malta will be co-ordinating the Carmelite Stream in this course while contributing also in other study-units which are part of the programme.

Consider applying for an MA in Spirituality opening in the coming academic year 2016-2017.

09 June 2016

Pubblikazzjoni tal-Edizioni Carmelitane mill-Carmelite Institute Malta

L-Għan tal-Carmelite Institute Malta mhuwiex biss wieħed ta' tagħlim, iżda wkoll ta' riċerka. Bħala Istitut formattiv ngħinu lill-istudenti japprofondixxu l-istudji u r-riċerka tagħhom u nħeġġuhom jikkontribwixxu huma wkoll permezz ta' pubblikazzjonijiet. Għaldaqstant bħala Istitut ninċentivaw ukoll l-istudju billi nippublikaw xogħlijiet ta' kalibru akkademiku li joħorġu mill-moħħ u l-pinna tal-istudenti li jsegwu l-korsijiet tagħna. Dan l-aħħar wasalna għal ftehim mal-Edizioni Carmelitane, id-Dar tal-Pubblikazzjoni tal-Institutum Carmelitanum li s-sede tiegħu tinsab f'Ruma li f'kollaborazzjoni magħhom nippublikaw studji magħżula mir-riċerka tal-istudenti tal-Carmelite Institute Malta. Diġà kellna xi studenti li ppublikaw xi artikli fir-Rivista Carmel in the World.

Fil-jiem li ġejjin se tiġi ppublikata edizzjoni kritika b'kummentarju u noti ta' test Karmelitan tas-seklu 16, imsejjaħ Il-Pellegrinaġġ lejn Ġerusalemm. L-awtur ta' dan it-test huwa l-Karmelitan Ian Pascha. Dan il-pellegrinaġġ huwa l-ewwel forma ta' eżerċizzju miktub ta' dik li llum nafuha bħala l-Via Crucis, bid-differenza li fiha stazzjon għal kull jum tal-ġurnata.

Dan l-istudju kritiku bl-Ingliż se jiġi mitbugħ fis-sensiela Carmel in the World Paperbacks.